Il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru saret l-Evalwazjoni taż-Żjara Franġiskana li saret fl-Iklin bejn it-22 u t-30 ta’ Awwissu.  Din saret fiċ-Ċentru Franġiskan il-Ħamrun fejn il-voluntiera kollha kienu mistiedna jattendu.

Il-laqgħa kienet immexxija minn P. Walter Vassallo, OFM Koordinatur taż-Żjarar Franġiskani fejn ta ħarsa lejn il-mumenti partikolari waqt din iż-Żjara.  Kienu diversi l-interventi tal-voluntiera fejn spjegaw il-mumenti posittivi li kienu ħafna u affarijiet li jistgħu jgħinu biex fil-futur l-affarijiet ikunu jistgħu mmorru aħjar.  Imma l-evalwazjoni kienet waħda posittiva ħafna fejn kulħadd qal li kienet esperjenza posittiva u fejn kulħadd ħassu milquħ kemm mil-Kappillan u l-helpers, kif ukoll mil-poplu tal-Iklin.

Wara l-laqgħa sar mument soċjali fejn kulħadd irrakonta l-esperjenzi sbiħ li għadda minnhom.  Prosit lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex setet tkun suċċess.