Dalgħodu, t-30 ta’ Awwissu, fil-quddiesa tal-11:15, ġiet iċċelebrata l-Għeluq taż-Żjara Franġiskana ta’ din is-sena. Il-kappillan dun Keith Bonnici irringrazzja ħafna lil patri Walter li kkoordina din il-ħidma, lis-Sorijiet Klarissi li talbu għalina għal dawn l-aħħar ġimgħat,lis-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija, lis-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, lis-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija, lill-Ordni Franġiskan Sekular u lill-Lajċi mpenjati fi ħdan il-Patrijiet Franġiskani.

Waqt din il-quddiesa Sr Chiara Laetitia, Klarissa, tat l-esperjenza tagħha u kif il-Mulej sejħilha biex tiddedika ħajjitha għaliH fit-talb. Il-Kappillan, dun Keith Bonnici, laqgħa lura t-Taus li kien ta’ lill-’missjunarji’ b’sinjal li issa l-mandat li kien tahom intemm.

Patri Walter irringrazzja lill-missjunarji għall-ispirtu sabiħ ta’ impenn u komunjoni li wrew matul din il-ġimgħa. Irringrazzja lill-kappillan għas-support kontinwu tiegħu matul din il-ġimgħa u lill-Ikliniżi għall-qalb miftuħa tagħhom, speċjalment lil dawk li għenuhom b’xi mod jew ieħor fil-ħidma tagħhom.

Serata Franġiskana

Il-bieraħ filgħaxija il-Franġiskani tellgħu serata fejn ippreżentaw il-mumenti l-iktar importanti mill-ħajja ta’ San Franġisk: il-laqgħa mal-Kurċifiss ta’ San Damjan, il-laqgħa mal-lebbruż, Santa Klara u l-ewwel aħwa li jingħaqdu miegħu u San Franġisk li bagħthom jippriedkaw, il-laqgħa mas-Serafin fuq la Verna u fl-aħħarnett il-laqgħa ma’ “oħti l-mewt tal-ġisem” biswit il-Porziuncola.