Għaddejjin ġmielhom il-preparamenti biex għal darb’oħra matul is-sajf tiġi organizzata ż-Żjara Franġiskana li din is-sena ser issir bejn it-23-31 ta’ Lulju.  Ser issir ġewwa l-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara. It-tema li ntgħażlet hi «għal dejjem il-ħniena tiegħu», f’armonija mar-rieda tal-Papa Franġisku għas-sena tal-Ġublew.

Bħala Franġiskani din is-sena ukoll qed niċċelebraw it-800 sena mill-għoti tal-Indulġenza tal-Porziuncola mill-Papa Onorju III fl-1216. Għaldaqstant il-‘missjoni’ li fdalna l-Papa matul din is-sena ssib eku ċar u qawwi fil-Maħfra t’Assisi.  Kompli aqra