Iż-Żjara Franġiskana issa qabżet nofs il-ġimgħa u żgur li kienet ikkarateriżżata minn mumenti ta’ talb fil-Knisja permezz tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum u Għasar, kif ukoll ‘Lectio’ għand diversi familji.  Ma setax jonqos il-mumenti ta’ katekezi ma’ diversi gruppi kif ukoll ma tfal li ffukaw fuq ‘min kien San Franġisk?’ u li t-tfal laqgħu din l-aħbar sabiħa b’ħafna entużjażmu.

Huwa żgur mument ta’ grazza li toffri ż-Żjara Franġiskana huwa l-mumenti tal-Qrar u ta’ direzzjoni Spiritwali, kif ukoll żjajar lil morda u lil familji.  Ir-Ritratti ta’ hawn taħt jagħtu ftit togħma ta’ dak li qed nisperjenzaw f’din il-ġimgħa.

Għal aktar informazzjoni mur fuq il-Facebook Page taż-Żjara Franġiskana

Waqt il-Mumenti ta’ talb.

Tluq għal-‘lectio Divina’ fil-familji

Mument ta’ katekeżi mat-Tfal

Talb u preparazjoni qabel iż-żjajar fil-familji