“Ejja u Ara” Nistednuk tingħaqad magħna għall-weekend ta’ talb fil-fraternita’ tagħna. Ejja u sir af aktar dwar il-komunita’ tagħna; ara kif ngħixu u nitolbu flimkien.
Il-Provinċja Franġiskana Maltija hija parti mill-Ordni tal-Patrijiet Minuri, popolarment magħrufa bħala l-Patrijiet Franġiskani, komunita’ reliġjuża kattolika Rumana mwaqqfa minn San Franġisk ta’ Assisi aktar minn 800 sena ilu.
Bħala Patrijiet aħna imsejjħa biex ngħixu l-Vanġelu u biex ningħataw b'mod sħiħ permezz tal-voti: kastità, ubbidjenza u bla xejn tagħna.
Żur, itlob u qatta’ ħin magħna fil-kunventi tagħna.
* Attendi għall-weekend ta’ dixxerniment “Ejja u Ara.”
* Ċempel issa lil Promotur tal-Vokazzjonijiet, Fr. Stephen Magro, OFM fuq 99275560.
* Żurna fuq il-paġna tal-Facebook biex tkun tafna aħjar.
Tista tikuntatjana ukoll billi tikteb:
Patrijiet Franġiskani,
Triq San Pawl,
Rabat, RBT1245
MALTA
Kandidat jibda process billi jikkuntattja l-Promutur tal-Vokazzjonijiet Franġiskani. Imbagħad ikun mistieden jattendi laqgħat u irtiri ta' Dixxerniment Vokazzjonali.
F’ċertu punt ta’ dan id-dixxrniment il-kandidat jista’ jitlob li jagħmel Applikazzjoni Formali. Jekk l-applikazzjoni tkun milqugħa il-kandidat ikun aċċettat fi programm ta’ formazzjoni inizjali bħala Postulant.