Nhar il-Ġimgħa, 7 t’Awwissu, fil-Kunvent tar-Rabat sar mument ta’ talb permezz tal-Lectio Divina. Dan il-mument kien importanti għaliex huwa preparazzjoni għal talb fil-familji li se jsir matul iż-Żjara Franġiskana. Dan il-mument kien immexxi minn Fr. Joseph Ciappara u Fr. Walter Vassallo, animatur taż-Żjarat Franġiskani li jsiru fil-Parroċċi madwar Malta u Għawdex.

Jattendu għal dan il-mument kien hemm, il-pre-postulanti, Patrijiet, kif ukoll lajċi impenjati li se jieħdu sehem fiż-Żjara Franġiskana fl-Iklin.