Is-Sibt 22 ta’ Awwissu fetħet iż-Żjara Franġiskana billi Dun Keith Bonnici ta l-mandat lill-Patrijiet Franġiskani biex imorru fit-toroq tal-Iklin u jxandru l-Bxara t-Tajba. “Idħlu fid-djar u tkellmu mal-familji… Morru fil-pjazez u fil-ġonna u kellmuhom fuq l-imħabba kbira li Alla għandu għal kull wieħed minna”.

Bħala sinjal ta’ dan il-mandat bierek u libbishom ‘Tau’, is-sinjal li biha San Franġisk kien iħobb ibierek lill-aħwa.

L-għada l-Ħadd il-Parijiet u s-Sorijiet u l-Lajċi Franġiskani kienu preżenti matul il-quddies jistiednu lin-nies għall-attivitajiet li ser ikunu qed jorganizzaw, kif ukoll għamlu xi laqgħat fuq min hu San Franġisk mat-Tfal.

Aktar Informazzjoni: Facebook Page