Waslet fi tmiem iż-Żjara Franġiskana ġewwa l-Parroċċa tal-Ibraġ. Matul dawn l-aħħar ħamest ijiem il-Patrijiet FMinuri, flimkien ma’ diversi kongregazzjonijiet ta’ sorijiet Franġiskani u Lajċi daru t-toroq tal-Ibraġ iħabbtu l-bibien u

jitkellmu ma’ kull min fetħilhom il-bieb. Għal min jemmen, li saċerdot jew persuna kkonsagrata żżur id-dar tiegħek hija xi ħaġa sabiħa ħafna. Wettaqna diversi familji fil-fidi, konna xhieda ta’ erojiżmu kbir li qed jgħixu ċertu familji, tlabna magħhom, tlabna għalihom, ħassejna l-għatx għal dak li hu spiritwali u għal dak li jagħmel sens. Esperjenza oħra profonda fil-ħajja tagħna bħala persuni li kkonsagrajna ħajjitna lil Alla.

Din iż-Żjara Franġiskana waslet fi tmiemha dalgħodu b’quddiesa iċċelebrata minn p. Marcellino Micallef, Vigarju Provinċjali, fejn fiha l-missjunarji reġgħu taw it-Tau li kien ingħatalhom bħala sinjal li issa l-mandat tagħhom intemm.

fra Walter Vassallo
Koordinatur taż-Żjara Franġiskana